Kuntest

Għanijiet

Skill-UP jagħraf illi ħafna mill-bidliet soċjali kbar illi qed jaffettwaw is-sistema tat-trasport huma mistennija li jkollhom impatt kbir fuq ix-xogħol.
Is-suq tax-xogħol qed jinbidel b’rata mgħaġġla u se jirrekjedi sett ta’ ħiliet ġodda relatati ma’ problem solving, ħsieb kritiku u kreattività. Sabiex jaffaċċjaw dawn l-isfidi, l-industriji u l-korpi edukattivi iridu jikkollaboraw biex it-transizzjoni mill-iskola għax-xogħol tkun kemm jista’ jkun bla xkiel u biex jippreparaw ġenerazzjonijiet futuri għad-dinja tax-xogħol. Skill-UP qed jaħdem biex il-programmi edukattivi u l-metodi tat-tagħlim ikunu konformi mal-bżonnijiet ta’ xenarji ta’ operat u ta’ ġenerazzjonijiet ta’ ħaddiema tal-futur.

Skill-UP għandu l-għan illi jiddefinixxi l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi illi se jkollu bżonn min iħaddem fis-settur tat-trasport bl-ajru, biex it-taħriġ offrut ikun konformi mal-bżonnijiet ta’ profili differenti tax-xogħol, u b’hekk titrawwem sinerġija bejn istituzzjonijiet edukattivi u s-settur tax-xogħol. Il-proġett qed jimmira illi jilħaq dan l-għan billi, minn naħa waħda, jiżviluppa programmi ta’ taħriġ li huma addattati għall-bżonnijiet tas-settur u li huma bbażati fuq metodoloġiji ta’ tagħlim u taħriġ innovattivi. Min-naħa l-oħra, skill-UP se jiżviluppa sett ta’ għodda ta’ valutazzjoni biex individwi jkunu jistgħu isegwu u jevalwaw il-progress tagħhom matul il-programm ta’ taħriġ. Apparti minn hekk, il-proġett se jiżviluppa pjattaforma ta’ għarfien online illi se tiġbor ir-riżultati tal-proġett, kurrikuli, attivitajiet ta’ taħriġ u linji gwida għal gruppi speċifiċi.

METODOLOĠIJA ĠENERALI

L-ewwel, skill-UP ser jibda billi jidentifika l-bżonnijiet tal-qasam tax-xogħol; imbagħad, se jiddefinixxi profili tax-xogħol u xenarji tal-futur. Dan għandu jwassal għall-iżvilupp ta’ programmi ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET) ibbażati fuq metodoloġiji ta’ tagħlim u taħriġ li huma addattati u innovattivi, kif ukoll fuq linji ta’ studju għal skilling, upskilling u reskilling tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport bl-ajru. Sabiex tgħin il-programmi ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET), ser tiġi żviluppata metodoloġija ta’ valutazzjoni li ser tkun implimentata matul il-proġett. Il-pjattaforma ta’ għarfien ser tassigura li l-proċess ikun komplut u ser tiġbor ir-riżultati kollha tal-proġett fuq pjattaforma li se tkun aċċessibbli online.