Curious to know about future skills in air transport?
✈️ What are the top 3 skills which are most likely to become very important in......
Skill-UP qed jinvestiga x’għarfien, ħiliet u kompetenzi se jkollhom bżonn professjonisti fis-settur ta’ l-avjazzjoni fil-futur. Skill-UP qed jidentifika l-bżonnijiet tas-settur tax-xogħol u qed jiżviluppa programmi ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET) ibbażati fuq metodoloġiji ta’ tagħlim u taħriġ li huma addattati u innovattivi, kif ukoll fuq linji ta’ studju għal skilling, upskilling u reskilling tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport bl-ajru.
Il-mappa se tgħin biex jiġu identifikati transformazzjonijiet teknoloġiċi kbar, kif ukoll bidliet fil-ħiliet meħtieġa fis-settur. Il-mappa se tgħin ukoll biex jiġu ddisinjati linji ta’ studju għall-iżvilupp ta’ ħiliet u karrieri.
Il-proġett ser jiżviluppa sett ta’ programmi ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET) biex jitjiebu l-ħiliet u javvanzaw il-karrieri tal-ħaddiema li jaħdmu fis-settur tat-trasport bl-ajru.
L-għodda għall-valutazzjoni ta’ taħriġ se jgħinu lill-individwi biex isegwu u jivvalutaw il-progress tagħhom matul u wara perjodu ta’ taħriġ.
Il-pjattaforma ta’ għarfien se tkun iddisinjata sabiex tiġbor ir-riżultati kollha tal-proġett u tippreżenta kurrikuli, attitivitajiet ta’ taħriġ u linji gwida.
Il-proġett skill-UP jinvolvi grupp kbir ta’ partijiet interessati biex imexxu l-attivitajiet R&D tiegħu.
Il-grupp huwa miftuħ għal partijiet interessati – internazzjonali, Ewropej u nazzjonali – li jirrapreżentaw lil dawk li jipprovdu servizzi ta’ transport, awtoritajiet pubbliċi fuq livell nazzjonali u Ewropew, universitajiet u ċentri ta’ riċerka. Il-membri tal-grupp ta’ partijiet interessati se jkunu nfurmati dwar il-progress u l-għanijiet strateġiċi tal-proġett, u se jipprovdu feedback u għarfien ibbażat fuq l-esperjenza personali tagħhom.
Inti interessat tkun parti minn dan il-grupp?
Il-proġett skill-UP jinvolvi grupp kbir ta’ partijiet interessati biex imexxu l-attivitajiet R&D tiegħu.
Il-grupp huwa miftuħ għal partijiet interessati – internazzjonali, Ewropej u nazzjonali – li jirrapreżentaw lil dawk li jipprovdu servizzi ta’ transport, awtoritajiet pubbliċi fuq livell nazzjonali u Ewropew, universitajiet u ċentri ta’ riċerka. Il-membri tal-grupp ta’ partijiet interessati se jkunu nfurmati dwar il-progress u l-għanijiet strateġiċi tal-proġett, u se jipprovdu feedback u għarfien ibbażat fuq l-esperjenza personali tagħhom.
Inti interessat tkun parti minn dan il-grupp?
✈️ What are the top 3 skills which are most likely to become very important in......
On the 17th June, the consortium got together online on a plenary remote meeting! This......